Lokali Qorti

Jinżamm arrestat fuq allegat fastidju fil-konfront tal-eks sieħba tiegħu

Raġel ta’ 56 sena mill-Isla u li joqgħod Ħaż-Żabbar ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Nadine Lia li ta fastidju lill-eks sieħba tiegħu permezz ta’ diversi modi. Ir-raġel li tressaq mill-Ispettur Eman Hayman, u li joqgħod prattikament bieb ma’ bieb mal-allegata vittma ġie mixli li nhar is-Sibt li għadda u fil-ġranet u l-ġimgħat ta’ qabel f’Ħaż-Żabbar u diversi postijiet oħra ġab ruħu b’mod li messu kien jaf li kien qed iwettaq reat.

Huwa ġie mixli wkoll li permezz tal-mobile, hedded lil mara li kien se jikkometti reat, li wettaq inġurji jew theddid b’mod li ħareġ barra mill-limiti tal-provokazzjoni. Huwa ġie mixli wkoll li huwa riċediv. Meta kien trattat l-issue tal-ħelsien mill-arrest il-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha minħabba l-fatt li għad trid tixhed l-eks sieħba tiegħu, li l-akkużat u l-allegata vittma huma ġirien, l-kondotta tiegħu mhijiex waħda nadifa u li t-tikketta bejn it-tnejn ilha sejra għal xi żmien.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-pleġġ tar-raġel minħabba n-nuqqas ta’ afidabilità tiegħu u l-l-karattru raffrettarju. L-istess Qorti laqgħet it-talba wkoll sabiex tinħareġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara. Għall-akkużat deher l-Avukat Franco Debono.