Lokali

“L-interess nazzjonali għandu jiġi dejjem l-ewwel” – Bernard Grech

“Meta dan l-Ispeaker ma jkunx qed jagħmel dawn l-obbligi, jiena u l-Oppożizzjoni mhux ser inkunu qed naċċettaw u se nkunu qed naħdmu biex naraw li hu jwettaq dmiru”

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech wara d-diskussjoni fil-Parlament fuq il-mozzjoni li prezenta huwa stess – mozzjoni li ffukat fuq l-aġir tal-Ispeaker Anglu Farrugia.

F’kummenti lill-ġurnalisti, Bernard Grech insista li l-interess tal-poplu ghandu dejjem jigi l-ewwel, u ghandu jithares mill-istituzzjonijiet kollha.

“Kull min f’dan il-pajjiż għandu rwol kostituzzjonali kif għandu wkoll l-Ispeaker tal-pajjiż, irid iwettaq dmiru u jħares l-interess tal-poplu Malti kollu”

Mistoqsi dwar l-eventwalita’ li ssir sejħa biex l-Ispeaker jirriżenja, Bernard Grech wieġeb li din issir kemm-il darba l-Ispeaker jibqa’ jaġixxi b’dan il-mod.