Lokali

L-MIA tirbaħ it-titlu prestiġjuż ta’ Kumpanija tas-Sena 2020

Il-Borża ta’ Malta nhar il-Ġimgħa onorat lil Malta International Airport plc bit-titlu prestiġjuż tal-Kumpanija tas-Sena 2020 abbażi tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha fl-2019 u t-tmexxija korporattiva.

Iċ-ċerimonja ġiet organizzata nhar il-Ġimgħa wara nuqqas ta’ sena minħabba ċirkostanzi li ma ppermettewx, u matulha ngħataw ħames premji marbutin mat-tmexxija tan-negozju u l-finanzi. Is-serata kienet ippreseduta mill-Ministru għall-Finanzi, il-Kap Eżekuttiv tal-MSE Simon Zammit u ċ-Chairman tal-MSE Joseph Portelli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg laqa’ dan il-premju f’isem il-kumpanija. Huwa rringrazzja lill-Borża ta’ Malta talli organizzat is-serata u ħasset li Malta International Airport plc kien jixraqilha rikonoxximent tal-prestazzjoni tagħha fl-2019, kif ukoll tal-impenn tagħha li topera b’mod trasparenti u sostenibbli għall-benefiċċju tal-partijiet interessati kollha.