Lokali

Protesta kontra l-attitudni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia

“Ma jistax ikun nibqgħu sejrin hekk”

Din kienet it-tema magħżula mill-ghaqda ‘Repubblika’, hekk kif fi protesta li saret it-Tnejn filgħaxija quddiem il-binja tal-Parlament, issokta l-appell tas-soċjetà ċivili biex l-ispeaker Anġlu Farrugia u l-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar ma jibqgħux ghaddejin qisu xejn mhu xejn.

Fil-messaġġ li wassal il-President tal-ghaqda, Robert Aquilina, tenna li l-Ispeaker għandu jiddefendi liċ-ċittadini onesti, mhux lid-deputati li jinqabdu jabbużaw. Dan ghaliex il-poplu Malti u Għawdxi jixraqlu speaker li ma jġibx ruħu bħala parti mill-Gvern.

Huwa qal li mhux accettabbli li membru parlamentari tal-Gvern tiehu eluf ta’ ewro fi flus kontanti mingħand allegat kriminal, u żżomm postha fil-Parlament. Aquilina kompla li n-nuqqas ta’ azzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela jagħmlu kompliċi ma’ dan l-aġir. Dan b’referenza ghall-kaz tas-senserija ta’ Rosianne Cuatajar…u l-eluf li hadet minghand Yorgen Fenech.

Tkellmet ukoll l-attivista Martina Farrugia. Hi qalet li minħabba dak kollu li rajna fl-aħħar snin taħt gvern Laburista ,żdied it-tħassib taż-żgħażagħ dwar il-futur tagħhom f’Malta. Hija semmiet kif 60% taz-zaghzagh bejn l-eta ta’ 16 u 39 iridu jitilqu minn Malta u jmorru jghixu u jahdmu x’imkien iehor …..u saqsiet kif jista’ jkun li din l-istatistika ma tinkwetax lill-Prim Ministru Robert Abela.

Hija qalet li l-irwol tal-ispeaker mhuwiex li jiddefendi l-gvern, imma li jamministra l-Parlament, fejn jigu rapprezentati n-nies.

Intant il-kelliema fakkru li erba’ xhur ilu, ġiet ippubblikata inkjesta ta’ tliet imħallfin li sabet lill-Istat responsabbli ghall-assassinju ta’ Daphne Caruana Calizia. U wara li għaddew erba’ xhur, il-Prim Ministru Robert Abela għadu m’għamel assolutament xejn filwaqt li tenna li Robert Abela għadu mdawwar bl-istess nies misjuba ħatja minn din l-inkjesta.