Futbol Sport

Ralf Rangnick uffiċjalment coach ta’ Manchester United

(Ritratt: EPA)

Manchester United ħabbru b’mod uffiċjali li Ralf Rangnick ħa f’idejh it-tmexxija tal-club wara li aktar kmieni dan ix-xahar keċċew lil Ole Gunnar Solskjaer.

Rangnick inħatar bħala coach sa tmiem l-istaġun fejn wara se jkun qed jieħu l-irwol bħala konsulent tal-club għas-sentejn li ġejjin. Fi stqarrija uffiċjali, John Murtough li huwa d-Direttur tal-Futbol tal-club qal li Ralf huwa wieħed mill-aktar coaches rispettati fil-futbol Ewropew.

Rangnick mistenni jibda l-esperjenza tiegħu bħala coach ta’ Manchester United minn nhar il-Ħamis fil-partita kontra Arsenal.