Lokali

Se jerġa’ jirritorna Misraħ il-Milied fid-Dar Ċentrali

Għal sena oħra se tirritorna l-attivita Misrah il-Milied li se ssir fil-foyer tad-Dar Ċentrali tal-PN – Dar Centrali illi se titlibbes bl-ispirtu tal-festi wara nuqqas ta’ sena kawża tal-COVID-19.

Fil-fatt, il-foyer se jinbidel f’atmosfera tipika tal-Milied fejn wieħed jista’ jattendi mal-familja kollha.

Il-Ħamis li ġej se jkun qed jintrama presepju bil-bambin u numru ta’ pasturi… biex imbagħad il-ġimgħa ta’ wara se jintramaw żoni fejn se jinbiegħu ikel u xorb tipiku tal-Milied, fost affarijiet oħra.

Net News tkellem mal-koordinatur ta’ dawn l-attivitajiet, Robert Cutajar illi spejgalna aħjar x’nistennew minn din il-ħames edizzjoni ta’ Misraħ il-Milied.

Intant, barra dawn l-attivitajiet, għal żmien il-Milied se tkun qed issir il-maratona ġbir ta’ fondi… propju fit-8 ta’ Diċembru.

Dawn l-attivitajiet kollha se jkunu qed isiru skont il-protokolli maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fid-dawl tal-pandemija.