Lokali

Sewwieq ta’ mutur idur il-kontinenti b’risq Missio Malta

Sewwieq ta’ mutur, Stephen Formosa qed idur il-kontinenti bl-għan li jiġbor il-fondi għall-għaqda Missio Malta, liema avventura bdiet il-ġimgħa l-oħra fil-Kenya.

S’issa, Formosa diġa’ għamel 800 kilometru fil-Kenya, bil-vjaġġ mistenni jispiċċa fil-bidu ta’ Diċembru f’Uganda.

Formosa qed jagħmel dan il-vjaġġ waħdu u mistenni jmur l-Afrika, l-Asja u l-Amerka.