Il-Ministru tat-toroq Ian Borg farfar ir-responsabbiltà tal-bejgħ tal-isptarijiet fuq sħabu hekk kif qal li din mhix materja li għandu jidħol fiha. Meta fil-verità hu wkoll kien parti mill-Kabinett li oriġinarjament kien ta l-kuntratt lil Vitals.
Fi tmiem il-ġimgħa, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana stqarr li ta’ Steward “ma laħqux il-livelli mistennija”. U hekk kif saqsejna għal darb’oħra lill-Ministru Ian Borg dwar meta se jinħallu minn dan il-kuntratt, il-Ministru baqa’ ma weġibx.
“Dak il-kuntratt jaqa’ taħt Ministeru ieħor u nħalli lil min hu iżjed infurmat biex jgħaddi l-kummenti tiegħu”
F’Ottubru li għadda il-Ministru tal-Finanzi Clyde Carauna qal li il-ftehim li kien għamel il-Gvern dwar il-bejgħ tal-isptarijiet huwa wieħed ikkumplikat u fid-deal ma’ Steward hemm il-problemi.
Minkejja dawn l-istqarrijiet, u stqarrijiet oħra dwar il-kuntratt ta’ Steward, il-Gvern qed jibqa’ jaħrab milli jwieġeb għadd ta’ domandi tal-ġurnalisti. U l-Gvern qed jibqa’ jaqbel li jħallsu l-miljuni mill-bwiet tal-familji Maltin u l-Għawdxin għal deal li minnu m’aħniex nieħdu dak li qed inħallsu għalih. Mhux talli hekk, talli, filwaqt li jaf li Steward mhux qed jonoraw il-kuntratt, il-Gvern għażel li jżid in-nefqa għas-sena d-dieħla b’20 miljun ewro biex b’hekk, għal deal li falla, issa se nħallsu 70 miljun fis-sena.
//= $special ?>