Lokali Qorti

Supretendent jitlob biex jitwaqqaf il-proċess għall-ħatriet ta’ Assistenti Kummissarji tal-Pulizija… jgħid li l-proċess huwa ivvizzjat

Is-Supretendent Ray D’Anastas ippreżenta mandat ta’ inibizzjoni fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn qed jallega li l-proċess li qed isir biex isuri ħatriet ta’ Assistenti Kummissarji ġodda huwa wieħed ivvizzjat. Il-mandat are kontra l-Kummissarju tal-Pulizija, il-Ministru tal-Intern u l-Kummissjon dwar is-Servizz Pubbliku. D/Anastas qal li fil-preżent qed qed jitkompla l-proċess tal-ħatra ghall-għażla ta’ Assistenti Kummissarji fil-Korp tal-Pulizija kif indikata fiċ-ċirkolari numru HR/POL/7/2021 tal-Korp tal-Pulizija.

Qal li preżentament huwa jokkupa il-kariga ta’ Supretendent fil-Korp tal-Pulizija u bhalissa jinsab bil-“leave” qabel jirtira deffinetivament mil-Korp tal-Pulizija fit-12 ta’ Jannar 2022. Qal li għall-istess kariga huwa kien applika ghall-pożizzjoni ta’ Assistent Kummissarju f’zewgt sejħiet oħra li kienu saru fil-passat, eżżatament fl-2013 u fl-2017.

Fil-process tal-ħatra tal-2017 qal kien hass ruħu aggravat bil-proċess tal-għażla peress li inħatru Assistenti Kummissarji b’ferm inqas esperjenza minnu fost affarijiet oħra. D’Anastas qal li sussegwentament huwa kien ipreżenta proċeduri mal-uffiċċju tal-Obudsman għax ħass ruħu aggravat b’tali deċiżjonijiet li eliminaw lilu milli jinħatar fil-kariga ta’ Assistent Kummissarju.

Wara li lesta l-process tieghu l-Obomudsman ikkonkluda li l-proċess tal-għażla għall-Assistenti Kummissarji li beda f’Jannar 2017 “kien ivvizzjat u l-ex Kummissarju tal-Pulizija ippreseda fuq parodija ta’ proċess formali”. L-Obudsman kien qal ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jirrimedja u qal wkoll li l-Ray D’Anastas sofra inġustizzja f’dan il-process ta’ għażlaL-Obudsman qal ukoll li kien qed  jirrakkomanda li jinfetaħ mil-ġdid l-proċess tal-għażla ta’ Assistenti Kummissarju ħalli l-D’Anastas u oħrajn bħalu jingħataw l-opportunità li jgħaddu minn procċss ġust ta’ għazla.

Aktar minn hekk l-Obudsman kien iddeċieda li fin-nuqqas għandu jingħata kumpens finanzarju ta’ 15,000 ewro.
Ir-rapport tal-Obudsman kien ħareg fis-26 ta’ Mejju 2021, jiġifieri aktar minn sitt xhur ilu, meta l-istess Supretendent li saret inġustizzja kontrih kien għadu membru sħiħ tal-korp tal-Pulizija,

Il-mandat jgħid ukoll li minflok l-Korp li illum hu imexxi minn tmexxija differenti wettaq ir-rakkomandazzjonijiet hekk kif speċifikati fir-rapport tal-Obudsman minnufih għażlu li jistennew sakemm D’Anastas jibda dak li fil-korp jisejjah “post retirement pool” jiġifieri jibda bil-leave sakemm jkunu uffiċjalment barra mil-korp tal-Pulizija.

Fil-mument meta ħarġu s-sejħiet għall-Assistenti Kummissarji, wara kważi sitt xhur minn meta ħareġ ir-rapport tal-Obudsman jippreġudika b’mod irrimedjabbli lil D’Anastas stante li ċertament sakemm sakemm jintemm l-proċess tal-għażla jintemm s-Supretendent se jkun irtira b’mod definit mil-korp tal-Pulizija u allura ma jkinx hemm il-possibiltà li jiġi maħtur fil-Kariga ta’ Assistent Kummissarju.

Ray D’Anastas irrimarka li jumejn qabel għalqet s-sejħa, jiġiefri nhar l-Erbgha 24 ta’ Novembru huwa rċieva telefonata minghand l-HR tal-korp tal-Pulizija, fejn il-Pulizija li kelmu certu Massimo, kien qallu li kellu ordnijiet “min fuq” sabiex iċempel lilu u xi nies oħra sabiex jgħidilhom li segħtu japplikaw.

Ma dan kollu D’Anastas ġie mistoqsi minn dan li ċempillux’kienet l-intenzjoni tiegħu jekk jintagħżel u coie’ jekk kienx beħsibu jtawwal u jibqa fil-Korp, xi ħaġa li hi totalment fid-diskrezzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija. Minkejja dan biex jissalvagwardja lilu inniffsu u d-drittijiet tiegħu s-Supretendent qal li xorta waħda applika għas-sejħa li ħarget issa.

Qal li ċertament l-Korp jista jargumenta li ħareġ mil-ġdid is-sejħa ghall-applikazzjoni fejn l-hu seta’ japplika, kif irrakkomanda l-Obudsman, anke’ jekk kien diġa bil-leave u jekk l-proċess jingħalaq wara t-12 ta’ Jannar mhux se jkun jista jingħata din il-kariga.

Aktar minn hekk kif diġa irrimarkat l-Union tal-Pulizija fi protest gudizjarju li ressqet, is-sejħa hija wahda restrittiva u diskriminatorja stante li s-sejħa tispeċifika l-bżonn ta’ esperjezna fl-investigazzjoni f’reati finanzarji u ekonomiċi.
Minkejja li D’Anastas għandu esperjezna vasta ta’ aktar minn 40 sena fil-korp tal-Pulizija,l-esperjenza tiegħu fl-investigazzjoni f’reati finanzarji u ekonomiċi hija limitata. Is-Supretendent qal li huwa tal-fehma li t-‘timing’ u l-mod kif ħarġet din s-sejħa saret b’mod biex tippreġudika lilu b’mod irrimedjabbli.

Għaldaqstant D’Anastas qal fil-mandat sabiex jiddeffendi d-drittijiet tiegħu qal li jixtieq iżomm u ma jħalliex lill-awtoritajiet milli jibdew, jkomplu jew jissoktaw bil-proċess tal-ħatra għall-għazla ta’ Assistenti Kummissarji fil-Korp tal-Pulizija kif indikata fiċ-ċirkolari numru HR/POL/7/2021. Il-mandat ġie ffirmat mill-Avukat David Bonello.