Lokali

Taqleb għall-aħjar u toħroġ mill-ITU t-tfajla nvoluta fl-inċident fatali f’Ħal Luqa

It-tfajla ta’ 19-il sena li kienet involuta fl-inċident fatali f’Ħal Luqa, ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei hekk kif qed taqleb għall-aħjar.

Is-sewwieq tal-karozza, Ismael Grima ta’ 21 sena, kien tilef il-kontroll tal-karozza waqt inċident li kien seħħ bejn il-lejl tad-19 u l-20 ta’ Novembru fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa. It-tfajla kienet passiġġiera fl-istess vettura.

Hekk kif tilef il-kontroll, il-karozza baqgħet dieħla f’ħajt. Mad-daqqa l-karozza ġarrbet ħsarat kbar tant li ż-żewġ żgħażagħ spiċċaw maqbudin fil-vettura.

Ismael Grima kien ġie ċċertifikat mejjet fil-post, filwaqt li t-tfajla kienet tinsab fil-periklu tal-mewt fl-Isptar Mater Dei.