Lokali

Żewġ persuni jittieħdu l-Isptar wara li kienu involuti f’inċident fil-Gudja

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar f’Dawret il-Gudja, il-Gudja.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 49 sena residenti Ħal Luqa, kien qed isuq Toyota Vitz, tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier u l-passiġġiera, mara ta’ 40 sena residenti Ħal Luqa, l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.