Internazzjonali

Barbados taqleb għal Repubblika…

Il-gżira ta’ Barbados,fil-Karibew, neħħiet uffiċjalment lir-Reġina Eliżabetta tal-Ingilterra minn Kap ta’ Stat biex saret ‘l-aktar Repubblika ġdida tad-dinja’

Intant, Dame Sandra Mason fl-aħħar sigħat ħadet il-ġurament bħala l-ewwel President ta’ Barbados waqt ċerimonja fi Bridgetown fejn kien hemm preżenti l-Prinċep Charles ta’ Wales u l-kantanta Rihanna. Dan ukoll meta Barbados — li n-nies tiegħu fil-passat batew ħafna taħt forom ta’ skjavtu — issa qed iħares lejn futur ġdid b’taħlita ta’ ottimiżmu u (anki) inċertezza.

L-era ġdida għal Barbados qed ittemm sekli ta’ influwenza Britannika fuq il-gżira u li jinkludu perjodu ta’ aktar minn 200 sena meta l-gżira serviet bħala hub għall-kummerċ bl-iskjavi fuq livell transatlantiku.