Lokali

Ċifri tal-NSO juru żieda marġinali fil-qgħad

L-aktar ċifri riċenti maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru żieda żgħira fil-qgħad.

Filfatt Ottubru ra żieda ta’ 0.1% fir-rata ta’ nies qegħda, bil-perċentwali jkunu ta’ 3.9% fost l-irġiel u 3.1% fost in-nisa.

Il-perċentwali ġenerali tal-qgħad għal l-għaxar xahar ta’ din is-sena kienet ta’ 3.6%.

Intant il-qegħda fost dawk ta’ bejn 15 u 24 sena kienet ta’ 8.2% filwaqt li dik fost persuni ta’ bejn 25 u 74 kienet ta’ 3.0%.