Fl-aħħar sigħat pajjizna reġa’ rreġistra numru għoli ta’ każi ġodda pożittivi hekk kif kienu reġistrati 106 każi ġodda – l-akbar ammont ta’ każi f’disat ijiem. Dan wassal sabiex il-każijiet attivi jkomplu jiżdiedu biex issa jammontaw għal 1,188.
Fl-istess ħin, fiequ 54 persuna, filwaqt li fortunatament ma kien hemm ebda fatalità.
Bejn it-Tnejn u t-Tlieta, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li l-ghadd ta’ persuni li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei niżel għal 12, fejn fosthom hemm żewġ pazjenti li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant sat-Tnejn ngħataw 120,500 doża tal-booster bl-Awtoritajiet tas-Saħħa ikomplu jħeġġu sabiex dawk li għandhom ‘il fuq minn ħamsin sena jmorru jieħdu din it-tilqima.
//= $special ?>