Id-Deputati tal-Gvern iridu jgħaddu l-liġi li tillegalizza l-kannabis illum qabel għada, imma għajr għall-Ministru tas-Saħħa, ħadd minnhom m’għandu l-kuraġġ jgħid li jaqbel magħha quddiem il-cameras.
Minn mindu l-Gvern beda tellieqa sfrenata kontra l-ħin biex idaħħal kemm jista’ jkun malajr liġi li tagħmel aktar aċċessibbli d-droga kannabis, NetNEWS staqsa lil numru ta’ deputati tal-Gvern jaqblux ma’ din il-legalizzazzjoni.
Iżda huwa evidenti li tista’ tgħid kollha kienu skomdi jammettu li se jkollhom sehem f’din il-leġiżlazzjoni.
Din id-darba mess lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, li ma weġibx ċar u tond jaqbilx jew le.
Alex Muscat baqa’ jsibha diffiċli jwieġeb iva jew le għall-mistoqsija taqbilx mal-legalizzazzjoni tal-ħaxixa.
Apparti hekk, Muscat mera lill-entitajiet li tkellmu kontra l-mod kif il-Gvern qed jipprova jgħaddi din il-ligi, u qal li dawn kienu kkonsultati.
Alex Muscat saħansitra ried jagħti x’jifhem ukoll li l-legalizzazzjoni tal-ħaxixa sabet l-appoġġ tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.
Sa issa, fil-verità, għadu mhux magħruf jekk il-Professur Gauci kinitx parti mis-suppost konsultazzjonijiet li l-Gvern qal li għamel dwar dan l-abbozz. U jekk iva, x’kienet il-pożizzjoni li ħadet is-Supretendent tas-Saħħa.
//= $special ?>