Aktar gradwati ġodda qed ikomplu jżuru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom wara li jkunu laħqu l-miri akkademiċi tagħhom.
Fost dawk li żaru d-Dar Ċentrali llum kien hemm il-gradwati ġodda fl-Ekonomija, li ngħataw merħba mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u mis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino.
Bernard Grech irringrazzja lil dawn iż-żgħażagħ għall-perseveranza li urew biex, minkejja ż-żmien diffiċli tal-pandemija, jibqgħu impenjati li jtejbu l-livell tal-ħajja tagħhom.
Hu rringrazzjahom bil-quddiem għall-impenn li se jkunu qed jagħtu biex jaraw li l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tikber u tissaħħaħ għall-ġid ta’ kull wieħed u waħda miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>