Futbol Sport

Jispikkaw il-partiti f’Old Trafford u f’Goodison Park

Bejn illum u l-ħamis jintlagħab programm sħiħ ta’ partiti mill-Premier League fejn jispikkaw il-partiti f’Old Trafford u Goodison Park.

F’Old Trafford, il-Ħames, Manchester United jilqgħu lil Arsenal, fejn din mistennija tkun l-ewwel partita tar-Red Devils taħt it-tmexxija ta’ Ralf Rangnick. Fl-aħħar partita, Manchester United żammew lil Chelsea fi draw ta’ 1-1. Minn naħa l-oħra f’Goodison Park, Everton jilqgħu lil Liverpool fid-derby ta’ Merseyside. Din il-partita se tkun importanti għaż-żewġ timijiet hekk kif rebħa għal Liverpool tfisser li jżommu l-pass ma’ Manchester City u Chelsea filwaqt li rebħa għal Everton tressaqhom eqreb lejn il-postijiet fl-Ewropa.

F’partita oħra, Watford jilagħbu kontra Chelsea f’partita bejn żewġ timijiet li għandhom ambizzjonijiet differenti fil-klassifika, b’Chelsea jittamaw li jirkupraw wara d-draw kontra Manchester United.

PREMIER LEAGUE

Illum: Newcastle v Norwich 8.30pm, Leeds v C. Palace 9.15pm Għada: Southampton v Leicester 8.30pm, Watford v Chelsea 8.30pm, West Ham v Brighton 8.30pm, Wolves v Burnley 8.30pm, Aston Villa v Man City 9.15pm, Everton v Liverpool 9.15pm Il-Ħamis: Tottenham v Brentford 8.30pm, Man Utd v Arsenal 9.15pm