Lokali

Kronoloġija tal-inċidenti vjolenti fiż-Żejtun

22 ta’ Novembru 1986 – Il-PN japplika għal permess għal Mass Meeting fiż-Żejtun fit-30 ta’ Novembru 1986.

25 ta’ Novembru 1986 – Il-PN jikseb l-approvazzjoni għall-Mass Meeting fiż-Żejtun.

26 ta’ Novembru 1986 – Il-Pulizija tirtira l-permess għall-meeting fiż-Żejtun.

27 ta’ Novembru 1986 – Il-PN jiftaħ kawża fil-Qorti kontra l-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici u l-
Aġent Kummissarju tal-Pulizija dwar ir-rifjut tal-permess. Attakkat il-każin tal-PN fiż-Żejtun.

28 ta’ Novembru 1986 – Il-Qorti ddikjarat li l-irtirar tal-permess mill-Pulizija għall-meeting tal-PN fiż-Żejtun
kien u hu bla permess.

29 ta’ Novembru 1986 – Il-Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici u l-Pulizija jappellaw mis-sentenza. Il-
Qorti Kostituzzjonali qablet mas-sentenza tal-Ewwel Qorti, li ddikjarat li l-meeting kellu jsir.

Partitarji Laburista bdew jinbarraw it-toroq fiż-Żejtun. Jintbagħtu suldati biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni,
iżda l-partitarji Laburisti jkeċċuhom. Il-Pulizija ma tintervjenix. Partitarji Nazzjonalisti bdew ikunu
attakkati fiż-Żejtun u f’Marsaxlokk.


30 ta’ Novembru 1986 – Iż-Żejtun kien imbarrat u magħluq. It-toroq kollha kienu magħluqin b’terrapien. Fis-
1pm il-Kap tal-PN Eddie Fenech Adami u uffiċjali oħra tal-Partit indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet li fiha qalu li l-PN kein sejjer għall-Mass Meeting minkejja l-ostakli kollha. Partitarji Nazzjonalisti jitilqu mid-Dar Ċentrali tal-PN lejn iż-Żejtun. Tibda mixja mir-roundabout ta’ Santa Luċija lejn iż-Żejtun mit-Triq Tal-Barrani. Il-Kap tal-PN Eddie Fenech Adami u l-Viċi Kap Guido de Marco jindirizzaw lill-folla minn fuq trakk.

Jinqalgħu inċidenti vjolenti u gravi fil-Mass Meetings. Partitarji Laburisti u pulizija tal-SMU jattakkaw
lill-partitarji Nazzjonalisti ħdejn id-daħla taż-Żejtun. Il-pulizija tal-SMU jisparaw il-gass tad-dmugħ. Il-
partitarji Nazzjonalisti jirtiraw. Numru ta’ partitarji Nazzjonalisti u wieħed Laburista jiddaħħlu feruti l-
isptar.