“L-attakki fuq il-libertà tal-espressjoni għadhom jeżistu, anke jekk b’mod differenti.Imma għal dawk li ġġieldu għalina fit-tmeninijiet, dawk li minkejja l-attakki u l-gass tad-dmugħ baqgħu jistinkaw għad-demokrazija u biex ikollna pajjiż li verament jaħdem għal kulħadd, ma nistgħux naqtgħu qalbna”.
Hekk kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta dalgħodu permezz ta’ post fuq Facebook fakkar fl-inċidenti f’Tal-Barrani – inċidenti li seħħew 35 sena ilu bħal lum.
Bernard Grech fakkar kif dakinhar, pajjiżna għadda minn episodju iswed, wieħed mill-agħar attakki fuq il-libertà tal-espressjoni f’pajjiżna.
Huwa ddeskriva dak li seħħ dakinhar bħala l-preludju għall-qtil politiku li seħħ ftit jiem wara.
Grech qal li f’dak il-jum ikrah, eluf ta’ Maltin u Għawdxin dakinhar f’tal-Barrani intlaqgħu bil-gass tad-dmugħ u ġew intimidati u mwaqqfa milli jattendu mass meeting tal-Partit Nazzjonalista. Imma l-vjolenza ma rebħitx, kompla jgħid il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, u minflok rebħet il-perseveranza.
//= $special ?>