Lokali

L-għaxar webinar ta’ MeDirect Bank Malta jiffoka fuq l-inflazzjoni

 Il-Bank MeDirect qed jorganizza l-għaxar medirectalk investment webinar tiegħu li se jkun qed jiddiskuti s-suġġett attwali tal-inflazzjoni u x’għandu jsiru dwarha. Din it-taħdita se ssir online nhar il-Ħamis 2 ta’ Diċembru 2021 fis-18:00hrs u hija b’xejn.

Din il-medirectalk hija organizzata mill-Bank MeDirect, flimkien ma’ Morningstar. Iċ-Chief Investment Oficer, Mike Coop, se jkun qed jiddiskuti l-inflazzjoni u l-perikli tagħha affaċċjati mill-klijenti. Waħda mit-temi li se jiġu diskussi hija kif issa se nibdew niffukaw fuq l-inflazzjoni minflok fuq ir-reċessjoni, minħabba l-programm ta’ tilqim fl-aħħar sena.

Dan ifisser li issa d-dinja dieħla f’era ġdida ta’ inflazzjoni għolja? Hija bidla strutturali li se tmermer l-assi tiegħek? Kif jista’ wieħed jaħsiblu għal dan iż-żmien ta’ inċertezza? Dawn huma wħud mid-domandi li se jiġu mwieġba waqt din it-taħdita.

Mike Coop għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-investimenti u sa minn dejjem kien jara kif l-investituri jirnexxilhom jiksbu l-aqwa dħul possibbli. Minn meta ssieħeb ma’ Morningstar, dejjem ħadem bla waqfien mat-tim tal-investimenti madwar id-dinja biex jara li l-proċess jibqa’ dejjem aġġornat u żviluppat kif suppost.

Mike Coop kiseb il-pożizzjoni ta’ Chief Investment Officer ta’ Morningstar Investment Management f’Lulju. F’dan l-irwol, Mike Coop huwa responsabbli mit-tmexxija tal-investment management team u jaħdem ma’ konsulenti u istituzzjonijiet biex iwassal l-aqwa soluzzjonijiet għall-investimenti.

Morningstar, Inc. hija fornitur ewlieni ta’ riċerki indipendenti dwar l-investimenti fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa, l-Awstralja u l-Ażja u tipprovdi informazzjoni u riċerki fuq firxa wiesgħa ta’ investimenti.

Is-sessjoni se tkun waħda interattiva u l-parteċipanti se jkunu mistiedna jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom waqt is-sessjoni ma’ Mike Coop. Il-mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu minn qabel fuq registrations@medirect.com.mt jew anke waqt it-taħdita.

Sabiex tirreġistra għal medirectalk, u anke biex tara taħditiet li diġà saru, tista’ żżur https://www.medirect.com.mt/invest/medirectalk