Lokali

“Mela issa bil-ħsara l-calculator?” – jirribattu lill-Ministru Miriam Dalli dwar il-kontijiet tad-dawl

Il-portal tal-aħbarijiet tal-General Workers Union ippubblika artiklu li fih kwota lill-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli tgħid li l-kontijiet tad-dawl raħsu b’25%.

Imma jekk l-intenzjoni tal-GWU kienet li tikkonvinċi n-nies li qed iħallsu inqas għad-dawl, dawn fallew totalment. Għax il-baraxx ta’ kummenti li qalgħu fuq dan l-artiklu kien impressjonanti.

Bosta kienu dawk irrabbjati li kkumentaw taħt dan l-artiklu, b’uħud jgħidu:

Fejn raħas?”

“Mela issa bil-ħsara l-calculator”

U ħalluna… tkomlplux tidħqu bil-poplu”

“Raħsu sabiħ ukoll…”

“Gideb”

“Mela fehmni ezatt.. għax tiegħi sploda”

Tiegħi dejjem għoli jiġi”

Fost dawk li kkummentaw kien hemm individwu illi qal li minkejja li għandu l-pannelli qatt ma kien irċieva kontijiet għoljin daqs f’dawn l-aħħar xhur… u li l-kontijiet orħos jinsabu biss fl-immaġinazzjoni tal-Ministru.

Kien hemm minn fakkar ukoll li llum il-kontijiet qed jaslu kull xahrejn, jekk mhux ukoll kull 40 jum, mentri qabel l-2013 kienu joħorġu kull erba’ xhur; jiġifieri konna nirċievu n-nofs tal-kontijiet li qed nirċievu llum il-ġurnata.

Dan apparti l-fatt li l-Awditur stess ikkonferma aktar kmieni din is-sena li qed ninsterqu fil-mod li bih qed jinhadmu l-kontijiet tad-dawl, bil-PN iwieghed li Gvern gdid immexxi minn Bernard Grech jaghti lura dawn il-flus.

Il-Gvern minn naha tieghu qed jipprova jibqa’ jbella r-ross bil-labra u jibqa’ jdoqq id-diska li l-kontijiet raħsu, U l-poplu jibqa’ jkollu jħallas bl-għoli il-kontijiiet li taparsi raħsu. Fl-istess waqt li jżomm id-deal skandaluż tal-Electrogas li qed jisraqna l-miljuni.