Fl-Italja, bejn illum u għada jintlagħab programm sħiħ ta’ partiti mis-Serie A, fejn Napoli għandhom ċans tajjeb li jsaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika meta jilagħbu kontra Sassuolo li minn naħa tagħhom għadhom ġejjin minn rebħa ta’ 3-1 fuq Milan fi tmiem il-ġimgħa.
Milan minn naħa l-oħra se jkunu qed jittamaw li jirkupraw hekk kif fl-aħħar żewġ partiti fis-Serie A sofrew żewġ telfiet, fejn għada jilagħbu kontra Genoa.
Inter jistgħu jkomplu jersqu qrib Milan u Napoli meta jilagħbu kontra Spezia fi Stadio San Siro. Juventus se jkunu qed jittamaw li jirkupraw mit-telfa kontra Atalanta meta jilagħbu kontra Salernitana.
SERIE A
Illum: Atalanta v Venzia 8.30pm, Fiorentina v Sampdoria 6.30pm, Salernitana v Juventus 8.45pm, Verona v Cagliari 8.45pm Għada: Bologna v Roma 6.30pm, Inter v Spezia 6.30pm, Genoa v Milan 8.45pm, Sassuolo v Napoli 8.45pm Il-Ħamis: Torino v Empoli 6.30pm, Lazio v Udinese 8.45pm
//= $special ?>