Lokali

AnneMarie Grech iżżur Dar tal-Anzjani fl-Imġarr

AnneMarie Grech, mart il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, l-Erbgħa waranofisinhar żaret numru ta’ anzjani li huma residenti f’Dar Porzjunkola fl-Imġarr. Dar li hija mmexxija mis-sorijiet Franġiskani u li ġiet imsebbħa għal dan iż-żmien tas-sena b’numru ta’ ponsjetti li ngħataw minn AnneMarie Grech lill-anzjani residenti f’din id-dar.

F’kummenti li qasmet magħna, Anne Marie Grech qalet li żjarat bħal dawn huma importanti speċjalment f’dan ix-xahar ta’ Diċembru, iżda mhux biss.

Hija qasmet magħna wkoll l-esperjenzi li rrakuntawlha l-anzjani li kellmuha.

Bħalissa f’din ir-residenza hemm 8 anzjani filwaqt li f’dan il-kunvent hemm 7 sorijiet Franġiskani Minuri li qegħdin kontinwament mhux biss jgħinu lil dawn l-anzjani jgħixu ħajja aħjar,iżda wkoll jagħtu servizz  lill-komunità Mġarrija.