Lokali

“Bżonn ta’ tiġdid fl-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali” – Bernard Grech

F’messaġġ li għadda fuq Facebook il-Kap tal-PN Bernard Grech hekk kif illum qed ikun imfakkar il-Jum Dinji kontra l-AIDS.

Huwa tenna l-messaġġ tal-FOIPN fejn qal li jrid jingħaqad mal-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista – FOIPN u juri impenn ċar li tieqaf darba għal dejjem l-istigma li ġġib magħha l-HIV/AIDS u ssir ħidma biex tintlaħaq l-mira tal-UNAIDS li ma jkollniex trażmissjonijiet mis-sena 2030.

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/448045693384742

Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista huwa kommess li jintroduċi l-mediċina PrEP u kontraċettivi b’xejn, biex dawn ikunu dejjem iżjed aċċessibbli.

“Irridu naraw li jiġi indirizzat bis-serjetà l-fatt li pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ każi ġodda tal-HIV. Dan nistgħu nagħmluh bit-tiġdid tal-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Sesswali li jkun jirrifletti r-realtajiet tal-lum.”