Coronavirus Lokali

COVID-19: 95 każ ġdid; żieda fil-każi attivi

Fl-aħħar 24 siegħa tħabbar li kien hemm 95 każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ 70 persuna oħra. Dan ifisser li kien hemm żieda fil-każi attivi, bl-ammont hu dak ta’ 1,213.

Bħalissa, fl-Isptar Mater Dei kien hemm 11-il persuna, bi tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Fortunatament, f’pajjiżna ma kien hemm l-ebda vittma kaġun tal-virus.