Lokali

Erba’ kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati dwar il-legalizzjoni tal-Kannabis

Id-Dipartiment tal-Public Policy fi ħdan il-Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy, qed jisħaq li l-legalizzazzjoni tal-Kannabis hija kwistjoni li għandha tiġi indirizzata pubblikament kif ukoll fil-Parlament.

F’post fuq Facebook, id-Dipartiment irrimarka 4 punti li għandhom jiġu indirizzati –

  1. Il-kwistjoni tal-infurzar tal-liġi jeħtieġ li tiġi indirizzata b’mod ċar.
  2. Il-bżonn ta’ aktar informazzjoni lill-pubbliku. Dan minħabba l-fatt li apparti l-effett tal-użu tal-kannabis fuq is-saħħa, studji juri ukoll effetti oħra f’aspetti differenti.
  3. Din il-liġi jaf ikollha effett fuq liġijiet oħra.
  4. Il-Gvern għandu dmir li jirrispetta l-opinjonijiet sabiex jiġu evitati tensjonijiet soċjali.

Id-Dipartiment tal-Public Policy jemmen li l-erba’ kwistjonijiet t’hawn fuq għandhom jitqiesu fid-dibattitu parlamentari li għaddej dwar il-legalizzazzjoni tal-kannabis għal skopijiet ta’ rikreazzjoni.