Lokali

Ħaddiem jaqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ membrane

Ħaddiem li kien qed jagħmel xogħol ta’ membrane sofra minn ġrieħi gravi wara li waqa’ fuq bejt fi Triq in-Negozju, fl-Imrieħel għall-ħabta tat-8am.

Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 31 sena residenti Bormla, waqa’ minn għoli ta’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn wara li ngħata l-ewwel għajnuna fuq il-post, hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.