Internazzjonali

Honduras: Iħejju għall-ewwel President mara

Kollox qed jindika li l-poplu tal-Honduras ikkonferma l-mandat għal Xiomara Castro (ritratt) li għandha ssir l-ewwel President mara fil-pajjiż. Dan wara li l-Partit Nazzjonali tal-lemin (li ilu żmien jiffaċċja akkużi ta’ korruzzjoni) ammetta t-telfa fl-elezzjoni deċiżiva.

Castro, bħala l-kandidat tal-Partit Libre, tax-xellug, għandha vantaġġ ta’ 20 punt perċentwali fuq ir-rivali ewlieni Nasri Asfura. Ir-rebħa ta’ Castro qed iġġib fi tmiem it-tmexxija tal-Partit Nazzjonali li damet 12-il sena u meta hi għandha tieħu post il-President tal-Honduras attwali, Juan Orlando Hernandez.