Ambjent Lokali

Il-Gvern jeħtieġ jieħu inizjattiva biex joffri alternattiva lill-bdiewa li qed jitilfu r-raba’

In-numru tal-bdiewa li qed jitilfu r-raba’ tagħhom f’kawżi l-qorti qiegħed jiżdied.

Dan ir-raba’ mhux biss qed jintilef mill-bdiewa iżda mill-poplu Malti u Għawdxi għaliex la darba jitkeċċa l-bidwi, dan ir-raba’ mhux qed jibqa’ jinħadem.

Hekk stqarr il-PN fi stqarrija maħruġa mid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.

Il-Partit Nazzjonalista qed isegwi x’qed jiġri f’dan ir-rigward, u filwaqt li jifhem li huwa dritt ta ‘ sid l-art li jkollu t-titlu lura tal-art tiegħu li f’dan ir-rigward qed nirreferi għar-raba’ u rziezet, fl-istess waqt mhux jifhem kif bħala pajjiż għadna ma sibna l-ebda soluzzjoni legali li tibqa’ tippermetti lill-bidwi, jibqa’ jaħdem ir-raba’  u hekk il-pajjiż ma jitlifx il-provvista tal-ikel frisk tiegħu.

Il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ lill-gvern biex joffri alternattiva immedjata għal din il-problema qabel ma din il-problema issir kriżi ta ‘ pajjiż li qed jitlef ir-raba’ u l-bdiewa tiegħu.