Sport Sport Ieħor

Il-Kumitat Olimpiku Malti f’laqgħa mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji

Il-Kumitat Olimpiku Malti kellu laqgħa mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Jesmond Saliba fejn fost l-oħrajn kienu diskussi l-aħħar żviluppi dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-Organizzazzjoni Volontarji kif ukoll it-tiġdid tagħha skont il-liġi ta’ Malta.

Il-President tal-KOM Julian Pace Bonello kif ukoll is-Segretarju Ġenerali Kevin Azzopardi mexxew din id-delegazzjoni fejn faħħaru apprezzaw id-disponibbiltà u r-rieda tal-Kummisarju li appoġġja lill-KOM u lill-federazzjonijiet membri tiegħu billi pprovda taħriġ kif ukoll diskussjoni attiva dwar kif numru ta’ kwistjonijiet li qed ikunu ta’ sfida lill-Federazzjonijiet fejn dawn jistgħu jkunu simplifikati.

Minn naħa tiegħu, l-Kummissarju Saliba apprezza l-inizjattiva tal-KOM sabiex tinbeda din id-diskussjoni fejn flimkien ma’ Sport Malta, fil-laqgħa ġiet rappreżentata Dr. Karen Zammit Southernwood.