Lokali

Il-Kummissarju tat-Tfal tesprimi tħassib dwar il-liġi tal-kannabis

Anki l-Kummissarju tat-Tfal Pauline Micelli esprimiet it-tħassib tagħha ma’ New News dwar il-liġi tal-kannabis, hekk kif tenniet li din id-droga jaf ikollha impatt fuq it-tfal u l-adolexxenti – kemm b’mod dirett kif ukoll b’mod indirett.

“Nafu li l-moħħ taffetwah u l-iżvilipp tal-moħħ ikun affetwat ukoll, u għaldaqstant dak huwa t-tħassib tagħna, li jekk it-tfal ikunu esposti fid-dar għal xi ħadd li qed juża l-kannabis, din tkun viċin tagħhom ħafna. Għalhekk nixtieq li jkun hemm miżuri qawwija biex ikunu aktar imħarsa”

F’kummenti lil dan l-istazzjon, Pauline Miceli qaltilna li hi flimkien mal-Uffiċċju tagħha preżentaw għadd ta’ ideat u proposti dwar din il-liġi. Iżda għad hemm tħassib dwar kif se jsir l-infurzar.

Aħna tajna l-pożizzjoni tagħna mill-bidu nett, ċertu affarjiet qagħdu attenti, iżda l-liġi hija kif fir-realtà tiġi implimentata u infurzata”

Pauline Micelli kelmitna wkoll dwar l-importanza tad-dikriminilizazzjoni, speċjalment fejn jidhlu ż-żgħażagħ li jkunu nqabdu b’sustanza ċkejkna tal-kannabis. Liġi li kienet saret lura fl-2015 u li dwarha jaqbel anke l-Partit Nazzjonalista.

Fl-aħħar jiem Net News saqsa lil għadd ta’ Ministri u deputati dwar din il-liġi, bil-maġġornaza tagħhom skomdi jammettu li se jkollhom sehem fil-leġiżlazzjoni tal-ħaxixa. Dwar filwaqt li diversi entitajiet insistew li l-liġi qed issir b’għaġġla.