Lokali

Illejla: Il-Kap tal-PN fuq ‘Frekwenzi’

Iż-żagħżugħ Malti għalija huwa l-ikbar riżorsa li għandna u jagħmlu suċċess għalihom u għal pajjiżhom.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta ħa sehem fil-programm Frekwenzi mmexxi minn Mark Azzopardi.

Bernard Grech qal li ż-żgħażagħ ifittxu orizzonti ġodda fejn jistgħu jimirħu, u fakkar illi kien il-Partit Nazzjonalista li fetaħ dawn l-orizzonti għaż-żgħażagħ, għan-negozjanti, u għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Partit li qatt ma ra Malta bħala xi ħaġa limitata u magħluqa li għandha tkun distinta mill-kumplament tal-Ewropa.

Huwa fakkar kif l-istħarriġ li sar mid-ditta EY wera li 60% taż-żgħażagħ Maltin iridu jitilqu minn pajjiżna.

“Dawn iż-żgħażagħ iridu jitilqu mhux għax iridu opportunitajiet aħjar imma għax jaħsbu li mhawnx oppotunitajiet. Huwa mdejqin u fgati f’pajjiżna u għalhekk iiridu jimirġu barra l-pajjiż.

Quddiem dan kollu Bernard Grech qal li rridu nindirizzaw ir-raġuni għaliex dawn iż-żgħażagħ iridu jitilqu. Huwa fakkar fil-proposta li ressaq fir-replika tal-Budget …li l-istudenti jingħataw 500 ewro biex jagħmlu esperjenza barra minn Malta.

Dwar il-problema tal-infrastruttura tat-toroq, Bernard Grech qal li għandu jkun hemm iktar ippjanar mill-Gvern f’dan ir-rigward. Semma wkoll kemm huwa importanti li pajjiżna jinvesti fir-rizorsi li għandu anke dawk ambjentali …fosthom l-ilma.

M’għandniex bizzejjed ippjanar serju ta; kif nibnu fejn nibnu u nanticipaw fejn se jkun hemm ammonti ta’ ilma iktar mis-soltu li se jkunu qeghdin challenged għall-postjiet partikolari.

Dwar il-liġi dwar l-uzu tal-kannabis Bernard Grech qal li l-informazzjoni li għaddiet fil-proċess ta’ konsultazzjoni li suppost għamel il-Gvern, ma sirniex nafuha pubblikament ….u saħansitra kien hemm reazzjonijiet ta’ għaqdiet li lanqas biss ġew inklużi fir-rapport li sar f’din il-konsultazzjoni. Min-naħa l-oħra il-Partit Nazzjonalsita kkonsulta mal-għaqdiet kollha u sema’ l-opinjonijiet ta’ organizzazzjonijiet differenti,

” Irrid nharsu lit-tfal u żghazagh taghna u nibaghtu l-messagg li ahna ma nixtiqukx li tuza l-kannabis ghax hija sustanza li iva taghmel hsara u allura ejja ma nibqghux nidhku bin nies l-uzu responsabbli rikreattiv tal kannabis. Dan huwa kliem li qeghdin hemm biex ihawdu l imhuh. Fir realt l kannabis hija sustanza, taghel hsara, u fejn qed nitkellmu fuq kannabis medicinali dak ukoll huwa mahsub għax anke hemm il PN ivvota favur dik il ligi li min ghandu bzonnha ghas sahha tieghu dik diga hija available mill ispizerija taghna.