Lokali

Jibqgħu jiddefendu d-deal li qed jisraqna l-miljuni

l-Ministri tal-Gvern ikomplu joħorġu għonqhom u jiddefendu d-deal skandaluż ta’ Steward – deal li qed jisraq lill-poplu Malti l-miljuni.

Il-Ministru eletta minn Għawdex, Justyne Caruana, saħansitra ddefendiet is-servizz li qed jingħata fl-Istpar Ġenerali ta’ Għawdex…minkejja l-ilmenti kontinwi li qed iwasslu l-kostitwenti tagħha.

Mistoqsija min-Net News dwar x’inhuma dawn il-famuzi servizzi li qed jagħtuna Steward… Justyne Caruana nfexxet fis-solita retorika partiġġjana.

…dan minkejja li kulhadd jaf illi f’Ghawdex ma sar assulutament xejn.

Intant, il-Ministru Owen Bonnici għażel li jiddefendi lill-Prim Ministru Robert Abela …li f’ħoġru taqa’ r-responsabbilta’ aħħarija ta’ dan id-deal illi ġie kundannat mill-Awditur Ġenerali.

Provajna nikkonvinċu lill-Ministru biex jgħidilna kif jaħsibha hu dwar dan id-deal tal-isptarijiet li kien sawwar Konrad Mizzi….. iżda bqajna ningħataw l-istess risposta.

Minn dan id-deal…. il-poplu Malti qed jinsteraq kważi 6 sitt miljun ewro (€5,750,000) fix-xahar, iktar minn miljun ewro (€1,327,000) kull ġimgħa jew €190,000 kuljum…. kollha minn but il-Maltin u l-Għawdxin kollha – flus li setgħu ntefqu f’affarijiet ħafna iktar bżonnjużi, jew fi sptar ġdid għal Għawdex – kif qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista.