Ġiet fi tmiemha l-karriera ta’ Johanna Konta fit-tennis wara li ddeċidiet li tirtira fl-età ta’ 30 sena. L-eks-seed numru wieħed fir-ranking Brittaniċi, ranking li rnexxielha żżomu għal aktar minn sitt snin ħabbret dan permezz ta’ messaġġ fuq il-media soċjali.
Konta wasslet sas-semifinali tal-Open tal-Awstralja, l-Open ta’ Franza u Wimbledon fejn kienet l-ewwel tennista mara Brittaniku li rnexxielha tagħmel dan f’39 sena. Konta kien ukoll rnexxielha tasal sar-raba’ post fir-rankings tad-dinja. F’messaġġ fuq il-media soċjali, Konta qalet li hija kburija b’dak li rnexxielha tikseb matul il-karriera tagħha.
//= $special ?>