Sport Sport Ieħor

Lijana Sultana tirbaħ l-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Ottubru

L-atleta tal-isquash, Lijana Sultana rebħet l-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Ottubru. Sultana saret ic-champion ta’ Malta meta rebħet il-Kampjonati Nazzjonali tal-Isquash li saru fil-Marsa Sports Club. Fil-finali hi għelbet lil Kimberley Galea 11-6 10-12 11-8 11-8.

Dan ma kienx l-ewwel suċċess għal Sultana wara li rebħet ukoll il-kampjonati ta’ taħt id-19-il sena. It-trofew kien preżentat minn Matthew von Brockdorff, Direttur Maniġerjali u Chief Executive Officer kif ukoll ic-Chief Commercial Officer Robert Micallef minn Atlas Insurance.