Lokali Qorti

Mhux ħatja li serqet raġel minn fuq wheelchair wara li marret biex tagħmillu massage

Mara ta’ 26 sena minn Bormla li għamlet perjodu f’ħajjitha tabbuża mid-droga kokaina ma nstabitx ħatja li fi Frar tas-sena 2018 hija kkommettiet serqa bi vjolenza fil-konfront ta’ raġel bi probelmi ta’ diżabilità. Il-każ feġġ wara li l-mara marret biex tagħmiel  massage lir-raġel, bil-problemi jinqalgħu meta kif il-mara daħlet fid-dar tiegħu, l-allegat vittma qalilha li kien reġa’ bdielu.

Il-Qorti qalet li l-prosekuzzjoni naqset li tipprova li Kimberlyn Xuereb serqet il-kartiera tar-raġel fil-lejl ta’ bejn l-1 u 2 ta’ Frar u li sawwtitu meta huwa  jinsab fuq wheelchair. L-inċident kien seħħ fid-dar tiegħu ġewwa l-Belt Valletta. Minbarra li l-prosekuzzjoni ma ppruvatx il-każ tagħha, l-Qorti preseduta mill-Maġistrat Nadine Lia qalet li anke d-data tal-akkuża dak inhar tal-inċident mhijiex waħda korretta. Dan għaliex mix-xhieda jirriżulta li l-allegata serqa ma seħħitx fl-1 ta’ Frar, iżda matul il-lejl ta’ wara li jfisser it-2 ta’ Frar.

Xuereb ma nstabitx ħatja li feriet persuna vulnerabbli, li kellha arma fuqha u ppuntata lejn ir-raġel, li nġurjatu, użat kliem ta’ theddid fil-konfront tiegħu, li ikkommettiet reat fil-perjodu ta’ sentenza bil-kundizzjoni li ma tagħmilx reat iehor fi żmien sena, li kkommettiet reat waqt il-perjodu operattiv ta’ żewġ sentenzi sospizi kif ukoll li kisret ordni ta’ supervizzjoni u trattament.

Il-każ  seħħ meta sar rapport lill-Pulizija li għall-ħabta ta’ l-10.30pm. u wara  persuna b’diżabilità  kellu bżonn l-għajnuna. Mill-investigazzjoni tal-Pulizija irriżulta li raġel gie aggrediet minn Xuereb f’wiċċu u serqitu flus wara li kienet marret għandu bil-ħsieb li tagħtih massage għal €50, iżda l-vittma kien biddel fehemtu.

L-Ispettur Priscilla Caruana Lee mill-Għassa tal-Belt spjegat kif il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq San Ġwann minħabba li xi ħadd kien ġie aggredit. Fuq il-post marru s-Surġent  Reuben Pace u l-Kuntistabbli Keith Azzopardi fejn hemmhekk sabu lill-vittma  bi ġrieħi f’wiċċu.

Dan kein stqarr li kien irċieva ‘friend request’ fuq Facebook minghand Kimberlyn Xuereb fejn qaltlu sabiex jiltaqghu. Borg, li ghandu problemi ta’ mobbilità, qalilha li kellu problema biex joħroġ mid-dar u ftehmu li hi tmur fir-residenza tiegħu sabiex tagħmillu massage.

Huwa qal lill-Pulizija li kif waslet fuq il-post, għorkitu ghajnejh minnha u qalilha biex titlaq. Hi qaltlu li la kienet marret u ħadet triq minn Bormla kellha titħallas xorta waħda. Ħatfitlu l-pouch li kien imdendel mal-wheelchair u aggredietu f’wiċċu kif ukoll ħarġet arma li ppuntat lejh u bdiet theddu biha.

Jidher li Borg irnexxielu jirreżisti lill-Xuereb u din telqet minn fuq il-post. Il-Pulizija elevat boots iswed, handbag aħmar u arma tal-plastik minn fuq il-post u ġie nnutat li kien hemm ukoll CCTV kamera li kienet tal-istess Brian Borg u li minnha ġew elevati xi stills. L-imputata giet identifikata f’dawn il-filmati, partikolarment minhabba xi tattoos li ghandha fuq darha.  

Fl-10 t’April 2019, wara perjodu ta’ żmien fejn il-Pulizija sabet diffikultajiet sabiex issib lil Xuereb, din intlemħet barra u ġiet arrestata u mitkellma fl-Għassa tal-Belt fejn hija tat stqarrija wara li għażlet li ma tikkonsultax ma’ avukat.

It-tabiba Maria Christina Axiaq, miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana kkonfermat li eżaminat lir-raġel fejn instab li kien qed isofri minn girfa superfiċjali fuq il-moħħ li tibqa’ nieżla għal fuq il-ħabba tal-għajn ix-xellugija ta’ madwar sitt ċentimetri, nefħa u barxa fuq ixxoffa t’isfel lejn in-naħa tax-xellug u girfa ta’ madwar ċentimetru u nofs fuq il-moħħ.

Dawn il-ġrieħi ġew ċertifikati li huma ta’ natura ħafifa salv kumplikazzjonijiet. Fl-istess seduta xehed it-Tabib Dr Andrea Agius Anastasi, mill-Isptar Karin Grech, li qal li r-raġel juża l-wheelchair minħabba problem fl-ispina li ġew minn ġrieħi li huwa sofra lura fis-sena 1990

Xehdet ukoll Deborah Farrugia, eks-uffiċjal tal-probation li qalet li kienet ġiet mgħoddija il-każ ta’ Kimberlyn Xuereb f’Ottubru 2014 u damet inkarigata minnu sa Lulju 2019.

Spjegat li fil-bidu, l-imputata kienet tattendi ghall-appuntamenti b’mod sporadiku, madankollu, meta saru testijiet tal-awrina ghall-sustanzi illeċiti, dawn irriżultaw fin-negattiv. Kien f’Marzu tal-2016 li rriżultat pożittiva għall-kokaina.

Skont ix-xhud, l-imputata ma tantx kellha għajnuna mill-familja u kien hemm lok ta’ ezempji ħżiena minħabba li kien hemm problema ta’ abbuż mid-droga mill-familjari.

Għall-ħabta ta’ Frar 2018, jidher li l-imputata ġiet maħkuma minn dipressjoni u ftit li xejn kienet toħroġ mid-dar.  Lejn is-sena 2018 ir-rizultati tat-testijiet għad-drogi reġgħu bdew jiġu negattivi.

Wara li l-imputat ingħatat il-libertà proviżorja in konnessjoni ma’ dan il-każ, hija marret toqħhod għand ommha u x-xhud ma kellhiex aktar kuntatt magħha.    mfittxija ghal zmien sena fir-rigward dan il-kaz.

Mill-investigazzjoni tal-każ l-imputata ġiet identifikata minn fuq filmati tas- CCTV li kienu ttiehdu mid-dar tal-vittma fejn fihom ġiet identifikata mara ħierġa minn dar nofsha mneżża b’tatoos fuq darha.

Dawn it-tatoos kienu identiċi għal dawk it-tatoos fuq dahar l-imputata. Irriżulta wkoll li ġewwa dan il-indirizz tal-vittma kien tħalla basket aħmar fejn fil-basket kien hemm irċevuta li tgħajjat lil-imputata kif ukoll revolver tal-logħob li kien intuża waqt ir-reat.

Fil-kartiera li kien hemm fil-pouch instab li kien hemm €30  nieqsa, filwaqt li d-dokumenti ta’ l-identità u cashlink cards ġew ritornati lura lill-vittma. Il-Qorti qalet li irriżulta b’mod ċar li l-inċident kien qed isir matul il-lejl ta’ bejn l ta’ Frar u tat-2 ta’ Frar 2018 fis-siegħat bikrin ta’ filghodu ftit wara nofs il-lejl.

Madankollu l-imputata hija akkużata tali kkomettiet ir-reat nhar l-1 ta’ Frar 2018 bejn l-10.30pm. u l-1115pm. Dwar ir-ritratti meħuda mis-CCTV’s fl-ewwel ritratt jidher ritratt ċar ta’ persuna feminili, b’xagħar twil, liebsa boots iswed, iġġorr basket aħmar li juri li hija l-imputata.

Mir-ritratti wieħed jista jara diversi oġġetti suwed mixħutin ma l-art kif ukoll persuna b’tattoo fuq darha bil-flokk tagħha jidher li qed jinqala’ minn ma rasha u li għaddej xi tip ta’ letikar bejnha u persuna li ma tidhirx kemm fir-ritratti kif ukoll fl-istess CCTV footage.

L-imputata għażlet li ma tagħtix ix-xhieda tagħha matul il-proċeduri kif inhuwa d-dritt tagħha. Kimberlyn Xuereb għażlet li tiffirma l-istqarrija tagħha fuq kull paħna. Imma mill-istqarrija jirriżulta li hija għażlet li ma tweiġibx għall- maġġoranza tal-mistoqsijiet.

Dwar il-verżjoni tal-vittma li kien ta lil-Pulizija dak in-nhar ta’ l-inċident huwa spejga kif l-imputata kienet għamlet kuntatt mieghu fuq Facebook u bdiet tgħidlu biex jitlaqgħu u tmur għandu tagħtih il-massaggi għal €50.

Waslet għandu u talabha tneħħi ż-żarbun tagħha qabel tidħol ghandu. Wara li daħlet biddel fehmtu u talabha  biex titlaq. Dak il-ħin inqala argument għaliex l-imputata ippretendiet li titħallas la qadet tinqala’.   

L-argument eskala, ġew fl-idejn, l-imputata ħarġet arma li kienet finta u ġibdet pouch li kellu l-vittma sabiex teħdolu l-flus. Il-vittma irnexxielu jimbutta bl-imputata titlaq il-barra iżda waqt-glieda huwa safa aggrediet minnha f’wiċċu u serqitlu l-flus.   

Madankollu fin-nuqqas tax-xhieda tal-vittm fil-Qorti, l-prosekuzzjoni ma ppruvatx il-każ tagħha sal-grad rikjest fil-liġi. Rigward il-ġarr ta’ arma, li l-pulizija elevaw, irriżulta li din mhijiex waħda vera iżda finta.

“Irrizulta illi għalkemm l-arma tidher waħda kif suppost u reali, fil-verità hija waħda finta.” Madankollu l-prosekuzzjoni kellha tipprova li l-ġarr ta’ arma kienet qed issir waqt li l-imputata kienet qeda twettaq reat.  

Dwar theddid jew inġurja mill-provi mressqin ma rriżultax li l-imputata għamlet dan.  Dwar il-ksur ta’ libertà kondizzjonata u probation il-prosekuzzjoni  ma ressqet l-ebda uffiċjal prosekutur fuq din is-sentenza bħala prova  U dwar il-kondotta u anke anke fuq l-kusr ta’ kundizzjonijiert mill-Qorti, din tista’ tikkunsidra dawn il-imputazzjonijiet biss jekk l-imputata tinsab hatja tar-reati li bihom tressqet.  

Għaldaqstant fid-dawl ta’ dan kollu l-Qorti qalet li qed issib lil Kimberlyn Xuereb mhux hatja ta’ l-imputazzjonijiet kollha miġjuba  kontriha u tilibera minn kull ħtija u piena dwarhom.  Għal Xuereb deheret l-Avukat Graziella Tanti filwaqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mil-Ispettur Priscilla Caruana Lee.