Lokali

Omm u binha jwettqu l-ħolma tagħhom billi jigradwaw flimkien

Ħolma li saret realtà… min kellu jgħidilha li mhux talli kienet se tigradwa hi, iżda talli għamlet dan ma’ binha stess!

Mary Grace u binha Jurgen, ma setgħux jemmnu li l-jum tal-gradwazzjoni tagħhom ħabat fl-istess ġurnata, tant li spiċċaw libsu t-toga flimkien!

Mary Grace qaltilna kif hi kienet waqfet tistudja ta’ età żgħira ….iżda dejjem kienet ix-xewqa tagħha li tkompli fejn ħalliet.

Wara sena, l-omm ġabet Diploma fl-HR Employment Law u Diploma fil-Leadership u l-Management filwaqt li Jurgen Xerri, kollega tagħna fil-kamra tal-aħbarijiet, ingħata ċ-ċertifikat għal kors ta’ Leadership and Management wara kors ta’ sitt xhur, liema studji jiffurmaw parti mill-programm tal-Business Leaders Malta.

Iżda dan ma kienx l-uniku mument speċjali għal Jurgen Xerri hekk kif l-għada, hu gradwa b’Baċċellerat fl-Istudji Ewropej mill-Università ta’ Malta, b’ommu dejjem vicin tieghu biex tiċċelebra miegħu dan il-jum.