Futbol Sport

Rebħiet għal Milan u Inter… Draw għal Napoli

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Luigi Ferraris Milan irritornaw għar-rebħ wara żewġ telfiet fis-Serie A, b’rebħa faċli ta’ 3-0 fuq Genoa. Kien Zlatan Ibrahimovic li fetaħ l-iskor fl-10 minuta bi freekick dirett għas-sitt gowl tiegħu dan l-istaġun. Huma rdoppjaw lejn tmiem l-ewwel taqsima meta kien Junior Messias li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 2-0. Milan għalqu l-partita fil-61 minuta meta minn pass ta’ Brahim Diaz reġa’ kien Junior Messias li kkonkluda fix-xibka għal skor ta’ 3-0.

Sassuolo kisbu draw importanti ta’ 2-2 kontra l-leaders Napoli, b’gowl lejn tmiem il-partita ta’ GianMarco Ferrari. Kienu Napoli li marru b’żewġ gowls vantaġġ bil-gowls jaslu minn Fabian fil-51 minuta u Dries Mertens fid-59 minuta. Madanakollu Napoli irreaġixxew fil-71 minuta meta minn cross ta’ Giorgios Kyriakopolous kien Gianluca Scamacca li tefa’ l-ballun fix-xibka. Biex fid-89 minuta kien Gian Marco Ferrari li minn cross ta’ Domenico Berari tefa’ bir-ras fix-xibka u salva draw importanti għal Sassuolo.

F’SanSiro Inter kisbu rebħa konvinċenti ta’ 2-0 kontra Sassuolo f’partita li ddominaw mill-bidu sa tmiem. Inter serrħu rashom mir-rebħa b’gowls skorjati fl-ewwel taqsima biex saħħew posthom fit-tielet post, punt taħt Milan fit-tieni post. Huma fetħu l-iskor fis-36 minuta meta minn pass ta’ Lautaro Martinez kien Roberto Gagliardini li tefa’ fix-xibka għal 1-0. It-tieni gowl għal Inter wasal fit-58 minuta meta kien Lautaro Martinez li mill-ħdax-il metru ma żbaljax, wara li Jakub Kiwior deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa.

Fi Stadio Renato Dell’Ara Roma sofrew is-sitt telfa tal-istaġun meta kienu megħluba minn Bologna bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fil-35 minuta meta minn pass ta’ Nicolas Dominguez kien Mattias Svandberg li b’xutt minn barra l-kaxxa għeleb lil Rui Patricio, biex ta rebħa mportanti lil Bologna.

SERIE A

Illum: Bologna v Roma 1-0, Inter v Spezia 2-0, Genoa v Milan 0-3, Sassuolo v Napoli 2-2 Għada: Torino v Empoli 6.30pm, Lazio v Udinese 8.45pm