Lokali Qorti

Sentejn ħabs fuq pornografija tat-tfal li jrid jiskonta fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli

L-isptar Monte Karmeli

Raġel ta’ 48 sena minn San Pawl il-Baħar li fil-21 ta’ Ottubru li għadda ammetta li għat-tieni darba kellu fil-pusses tiegħu materjal pornografiku tat-tfal ġie kundannat sentejn ħabs li jrid jiskontra fit-Taqsima Forensika tal-isptar Monte Carmeli.

Ir-raġel kien ġie arrestat wara li l-Pulizija għamlet rejd fid-dar tiegħu fejn sabulu diversi filmati minn ‘downloads’ fuq il-computer tiegħu. L-Ispettur Joseph Busuttil li flimkien mal-Ispettur Dorianne Tabone kien ressaq lir-raġel li ma jaħdimx, qal li madwar sena ilu kien daħlilhom trapport li l-akkużat kien qed imiżżel materjal pornografiku u sussegwentement ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin fi Frar li għadda.

Ir-raġel kien ammetta mal-Ispettur l-akkuża u talbu biex jingħata l-għajnuna. Il-filmati kienu ta’ tfal ta’ bejn it-13 u l-14-il sena u li ma qasamhomx ma’ ħaddieħor, iżda żammhom biss għalih inniffsu. Ir-raġel li għandu problemi mentali ma kellu ebda kuntatt fiżiku ma’ xi minuri.

Il-Maġistrat Victor Axiak spjega lill-akkużat dwar il-konsegwenzi tal-ammissjoni li twassal bejn 12-il xahar u ħames snin ħabs. L-Avukat tal-għajnuna legali Mario Caruana kien qal li sentenza ta’ ħabs tagħmel aktar ħsara milli ġid, anke peress li r-raġel jingħata wkoll kura fl-isptar Monte Carmeli.

Il-Prosekuzzjoni qalet li filwaqt li l-akkużat huwa persuna vulnerabbli, dan ma jistax jingħata t-tieni ċ-ċans u ppropona li s-sentenza tar-reċidiva tiġi fis-seħħ u jingħata trattament għall-perjodu ta’ tliet snin, li tkun l-aħjar għajnuna għalih.

Il-Qorti kienet ordnat sabiex id-dipartiment tal-probation iħejji rapport ta’ qabel is-sentenza sabiex jgħin lill-Qorti tifforma opinjoni fuq il-piena.  

“Fost l-informazzjoni miġbura l-enfasi tpoġġiet sabiex tinkiseb kemm jista jkun l-infrmazzjoni rigward is-saħħa mentali tar-raġel kif ukoll il-vizzju tal-pornografija hekk kif dawn irriżultaw bhala t-temi principali tar-rapport.

F’dak li jirrigwarda s-saħħa mentali sar kuntatt kemm mal-psikjatra illi qiegħed isegwih kif ukoll man-nurse tiegħu fejn dawn taw stampa pjuttost ċara dwar il-kundizzjoni tiegħu, kif ukoll kif din taffetwah.

Dehru wkoll problemi ta’ saħħa mentali certament kellu wkoll fit-trobija tiegħu u fl-adoloxxenza tiegħu fejn huwa jirriżulta li kien għadda minn diversi trawmi. Dan wassal sabiex beda jesebixxi sinjali ta’ dipressjoni u ansjetà kif ukoll bdew ituh vizzji isteriċi. Mid-djanjosi rriżulta dik ta’ ‘Schizo affective personality disorder’ fejn minbarra li jkollu episodji ta’ ‘delusional thinking’ u jinqata’ mir-realtà  huwa jbati wkoll minn tibdil drastiku fil-burdata tiegħu.

Peress li din il-kundizzjoni ta’ saħħa mentali trendih vulnerabbli huwa kellu team ta’ professjonisti li kienu qed isegwuh sabiex ikun jista` jibbenifika mill-għajnuna tagħhom filwaqt illi huwa jibqa` jghix hajja pjuttost indipendenti fil-komunita`.

Minnbarra dan hemm fatturi ohra li eskalaw il-vizzju tiegħu, bħal ma hija s-solitudni, il-fatt li huwa għandu tendenza li jiżola ruħu w m’għandux ħajja kruċjali imżewqa, kif ukoll l-inabilità  tiegħu illi jifforma relazzjonijiet bis-sens anka ma’ sieħba, xi haga li huwa verament jixtieq, imbghad ikollu l-aċċess għall-internet.

Il-fatt li sentenza sospiza ma kinitx deterrent biżżejjed għalih, hemm bżonn li jkun aċċertat li huwa jieħu l-kura għaliex meta kien qed jibbenefika mil-kura fil-komunità.

Għal dawn ir-raġunijiet il-Qorti ddikjaru wkoll bħala reċidiv u fuq ammissjoni tiegħu stess, ta’ reati li għalihom hemm piena ta’ priġunerija, u darba li dawn twettqu matul il-perijodu operattiv tas-sentenza sospiża sentenza ta’ sentejn priġunerija għandha tidħol fisseħħ b’mod immedjat. Il-Qorti tirrakkomanda li l-ħati jinżamm fitTaqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli u ordni ta’ trattament u probation għal tliet snin.