Lokali

“Ser tħalli impatt negattiv fuq diversi gruppi mis-soċjetà” – Anti-Poverty Forum

L-Anti Poverty Forum turi t-tħassib tagħha għall-fatt li ċekkijiet b’ammont ta’ anqas minn €20 mhux ser ikunu imsarrfa.

Bħala forum li tirrappreżenta 17-il NGO, bl-għan ewlieni jkun li titnaqqas il-poverta, din id-direttiva se jkollha effett fuq parti mill-popolazzjoni. Mhux talli ser jiġu affettwati dawk li m’humiex familjari mat-teknoloġija u affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ internet banking u bank transfers iżda dawk il-persuni li jużaw iċ-ċekkijiet bħala metodu ta’ ħlas.