Lokali

“Siġġu vojt” – kanzunetta bl-għan li jonqsu l-inċidenti tat-traffiku

“Siġġu vojt” – huwa dan l-isem tal-kanzunetta li ser tkun qed titnieda nhar it-Tnejn fil-5 ta’ filgħaxija.

Kanzunetta li ser tkun parti mill-kampanja “Don’t drink and drive”… kampanja li l-għan ewlieni tagħha huwa sabiex dawk kollha illi jaghzlu li jixorbu fi zmien il-festi… ma jsuqux, sabiex kemm jista’ jkun jitnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq tagħna.

Net News tkellem mac-chairperson ta’ Transport Malta Joseph Bugeja li stqarr magħna kif din is-sena kkollaboraw mal-grupp mużikali The Travellers sabiex il-messaġġ jasal iktar ghand iż-żgħażagħ

Tkellimna wkoll mal-kantant prinċipali tal-grupp The Travellers Chris Gatt fejn illi magħna kif bdiet din l-idea, u tana aktar informazzjoni dwar din il-kanzunetta

Il-messaġġ huwa wieħed ċar: fiż-żmien fejn inkunu qed nieħdu pjaċir, rridu nibżgħu għal xulxin. Irridu dejjem niftakru li fit-triq m’ahniex weħedna…. u meta niftħu għajnejna filgħodu, l-inqas aħbar li nkunu rridu naraw hija aħbar ta’ dieqa, ta’ inċident tat-traffiku.

U propju għalhekk, il-kampanja “Don’t Drink and Drive” ser tkun qed twassal għarfien sabiex meta nixorbu, ma nsuqux.