Internazzjonali

Stati Uniti: Irid jirtira d-drittijiet għall-abort

L-eks Viċi-President Amerikan Mike Pence sejjaħ biex il-Qorti Suprema fl-Istati Uniti taqleb id-deċiżjoni storika tal-1973 li legalizzat l-abort fil-pajjiż. Pence, intant, qed jinsisti li din id-deċiżjoni ‘ħażina u żgwidata’ issarrfet fi ħsara għall-miljuni tat-trabi fil-ġuf tal-omm.

Il-każ tal-1973 hu magħruf bħala Roe v Wade u issa hemm il-possibbiltà li miljuni ta’ nisa jispiċċaw mingħajr ‘aċċess għall-abort’ f’każ li  l-liġi partikulari tispiċċa rtirata.

Il-Qorti Suprema Amerikana issa bdiet tisma l-argumenti dwar liġi, fl-Istat ta’ Mississippi, li tesiġi biex l-abort ikun ipprojbit wara 15-il ġimgħa ta’ tqala. Il-projbizzjoni ta’ Mississippi tinkludi każi ta’ abort fejn il-mara tkun ħarġet tqila b’riżultat ta’ stupru – bil-qorti mistennija toħroġ il-verdett matul is-sajf li ġej.