Lokali

Tilwima industrijali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Malta Police Union sejħet tilwima industrijali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija hekk kif il-Kuntistabbli tal-Pulizija mhumiex jitħalsu ta’ Shift Allowance u Special Duty Allowance fuq bażi ta’ pro-rata skont qbil li kien sar f’Settembru tal-2021.

Il-Union qalet li ma tistax tifhem kif wara numru ta’ ġimgħat ta’ diskussjonijiet li wasslu għal qbil, l-Amministrazzjoni tal-Pulizija ma ngħatatx il-pagamenti mistħoqqa. L-istqarrija tgħid li l-Amministrazzjoni qabdet u biddlet it-titlu ta’ wħud mill-uffiċjali tal-Pulizija mill-lejl għan-nhar biex b’hekk ittieħdu l-allowances.