Lokali Qorti

Żagħżugħ bi problema tal-alkoħol jinżamm arrestat wara li ġie mixli li ħebb għall-ġenituri tiegħu

Żagħżugħ ta’ 24 sena minn Tal-Pieta inżamm arrestat wara li ġie mixli nhar il-Ħadd li għadda waqt li kien f’sakra ma jarax art ħebb għal ommu u  missieru u kkaġunlhom feriti ta’ natura ħafifa. Huwa ġie mixli wkoll li beżaq lil missieru. Kien hemm mumenti kommoventi hekk kif quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieca, l-Ispettur Audrey Micallef  bdiet taqra l-akkużi fil-konfront tal-akkużat li ismu mhux qed jixxandar biex tiġi protetta l-identità tal-ġenituri tiegħu.

Iż-żagħżugħ hawn infaqa’ jibki u qal, “ma niflaħx nisma’ dawn l-akkużi, ma naċċettax li jien ħebbejn għal ommi u missieru – kif jista’ jkun?”  L-akkużi jinkludu li waddab oġġetti fid-direzzjoni ta’ missieru, li hedded lill-ġenituri tiegħu u li ħareġ il-barra mill-limiti ta’ provokazzjoni.

Iż-żagħżugħ li wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih ġie mixli wkoll li sar reċidiv. Il-Prosekuzzjoni qalet li fid-29 taż’ Novembru li għadda l-ġenituri tal-akkużat marru jagħmlu rapport dwar vjolenza domestika li saret fil-konfront tagħhom minn binhom.

Qal li huwa kien fis-sakr u ħebb għalihom u spiċċaw fil-klinika tal-Floriana u li kienu sofrew minn ġrieħi ħfief. Il-missier allega li beżaq fid-direzzjoni tiegħu u ibnu għandu problema tal-alkoħol u problema ta’ droga sintetika. Huwa wkoll kien qed jattren diprogramm residenzjali San Blas u fl-aħħar jiem reġa waqa’ iddispjaċih għal dak li ġara. Il-Qorti wara li semgħet lill-Ispettur tixhed ikkonvalidat l-arrest.

Dwar it-talba li saret mill-Avukat Victor Bugeja għall-akkużat biex jingħata l-ħelsien mill-arrest, l-prosekuzzjoni oġġezzjonat bil-qawwa kollha u dan minħabba l-biża ta’ intraċċ tal-provi, li ma joqgħodx għal ordnijiet li timponi l-Qorti u l-biża li jikkommetti reat ieħor.

L-Avukat Bugeja qal li l- klijent huwa akkużat bi vjolenza domestika u tenna li ma jkunx seww li dan imur fir-residenza ta’ ommu u missieru. “Iċ-ċirkostanzi huma li għandu l-vizzju tal-abbuż mill-alkoħol u meta kien taħt din l-influwenza seħħ dak li seħħ.

“Huwa kien fil-kura tal-Caritas u  għal  xi raġuni kien waqaf.  Il-post idoneju żgur mhux mhux il-ħabs imma lura l-Caritas biex ikompli jingħata l-għajnuna. Meta kien hemm kien sejjer tajjeb ħafna. Meta ħareġ mill-Caritas m’għamilxz sew u spiċċ f’inċident “one off’ , qal l-Avukat Bugeja.

Kompla jgħid li huwa minnu li din hija xi ħaġa serja. Għamel dak li għamel meta kien taħt l-influwenza tax-xorb u probabbli lanqas kien u jaf illum x’għamel. Għaldaqstant post mhuwiex Kordin.

“Se jkollou żewġ  residenzi alternattivi” , qal Bugeja bl-akkużat jikkonferma li jista’ jmur għand ħbib tiegħu li joqgħod Birkirkara u ieħor li joqgħod il-Qawra. Tenna wkoll li lest ukoll li jmur Dar Dar San Franġisku, Birkirkara u lest li jerġa jmur Caritas.

Bugeja qal ukol li huwa lest li jintrabat li ma jkellimx lill-ġenituri tiegħu u dispost li jiffirma l-għassa anke kuljum. Ma jridx jikkmplika ħajtu u qabel jixhdu ommu u missieru u l-affarijiet jiċċaraw żgur li mhux se jkellimhom.  L-Avukat tiegħu qal ukoll lill-Qorti li l-akkużat għandu impieg f’katina ta’ mini-markets u li jekk jinbagħat  il-ħabs se jispiċċa bla xogħol.

Kompla jgħid li l-impieg huwa mportanti biex iżżommu fit-triq it-tajba bla ma jidħol f’ aktar problemi. “Filwaqt li naraw li l-ġustizzja għandha ssir mhx sew li nkomplu nħarbtuh billi nibgħatuh Kordin imma għandna nibgħatuh il-Caritas.

Il-Prosekuzzjoni hawn qalet li dwar l-indirizz tal- ħabib tiegħu ma tafx u li dan huwa it-tieni inċident simili. Dwar id-Dar Franġisku qalet li mhux se jaqbdu u jieħd n-nies mill-ewwel hemm u dan anke minħabba l-kwistjoni tal-pandemija. 

Il-Qorti qalet li fid-dawl tal-biża ta’ intraċċ tal-provi u li ma joqgħodx għal ordnijiet tal-Qorti u li jikkommetti reat ieħor u  wara li rat in-natura tal-akkużi l-karattru tal-akkużat kif jirriżulta mill-kondotta u l-fatt li għad baqa’ numru ta’ xhieda pajżana li għad iridu jixhdu f’dawn il-proċeduri u li fiċ-ċirkostanzi tal-każ huma meqjusa bħala xhieda vulnerabbli f’fan l-istadju ċaħdet it-talba għall-ħelsen mill-arrest. Hija qalet lill-prosekuzzjoni biex għas-seduta li jmiss iressqu x-xhieda mportanti fil-każ filwaqt li ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-ġenituri.