Lokali

Appell urġenti għal demm O+

Iċ-Ċentru tal-Għotja tad-Demm qed tappella lil kull min jista’ biex imur jagħti d-demm.

Bħalissa hemm bżonn kbir ta’ demm tat-tip O positive.

Dalgħodu mill-Isptar Mater Dei ħarġet talba għal 61 borża demm ta’ dan it-tip.

Kul min hu f’saħtu jista’ għandu jmur jagħti d-demm illum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm disponibbli sas-6pm, jew għada mit-8.00am ‘il quddiem.