Futbol Sport

Christian Eriksen jirritorna għat-taħriġ mal-club ta’ Odense Boldklub

Il-midfielder Daniż Christian Eriksen irritorna għat-taħriġ waħdu fil-faċilitajiet tal-club ta’ Odense Boldklub wara l-attakk tal-qalb li sofra fil-partita kontra l-Finlandja fil-Euro 2020. Eriksen kellu jitwaħħalu pacemaker sabiex jirregola ir-ritmu li bih tħabbat qalbu.

Eriksen lagħab għal Odense Boldklub bejn l-2005 u l-2008 qabel it-trasferiment tiegħu ma’ Ajax. Il-club Daniż qal li Eriksen talab li jitħalla juża l-faċilitajiet tagħhom biex jitħarreġ waħdu u jżomm ruħu fiżikament f’kundizzjoni tajba, hekk kif l-awtorita’ tas-saħħa fl-Italja ma tippermetix li plejers b’pacemaker jilagħbu fis-Serie A.