Internazzjonali

Ċipru: Il-Papa Franġisku jibda żjara ta’ tlett ijiem

Il-Papa Franġisku beda żjara ta’ tlett ijiem f’Ċipru fejn, mal-wasla f’Nikosija, ingħata merħba mill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anna Demetriou u diversi membri tal-Kabinett Ċiprijott. Jilqgħu lill-Papa wkoll kien hemm 30 tfal li jattendu l-iskejjel Kattoliċi tal-pajjiż  — bl-ammont tat-tfal ikun speċifikament limitat bħala parti mill-miżuri kontra l-Covid.

Il-Papa anki qed jiltaqa’ mal-qassisin, id-dekani u l-membri tal-assoċjazzjonijiet tal-knisja f’katidral tal-Kattoliċi Maroniti ta’ Ċipru.

Il-programm għall-Papa jinkludi anki żjara lill-President ta’ Ċipru Nicos Anastasiades f’Nikosija, flimkien ma’ laqgħat mal-awtoritajiet lokali, id-diversi gruppi tas-soċjetà Ċiprijotta u membri tal-korp diplomatiku.

Intant, il-Papa Franġisku fis-sighat li jmiss se jiccelebra quddiesa fil-GSP Stadium ta’ Nikosija.

Il-Kap tal-Kattoliċi, is-Sibt, itemm il-mawra tiegħu f’Ċipru u minn hemm se jaqbad ajruplan lejn Ateni, fil-Greċja fejn se jipprova jistimola r-relazzjonijiet bejn il-Kattoliċi u l-Kattoliċi Ortodossi f’dan il-pajjiż.