Fl-aħħar sigħat pajjizna reġa’ rreġistra numru għoli ta’ każi ġodda pożittivi hekk kif kienu reġistrati 138 każ ġdid ta’ Covid-19 – l-akbar ammont ta’ każi attivi mix-xahar ta’ Lulju l’hawn. Dan wassal sabiex il-każijiet attivi jkomplu jiżdiedu biex issa jammontaw għal 1,290.
Fl-istess ħin, fiequ 61 persuna, , filwaqt li fortunatament ma kien hemm ebda fatalità.
Bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li l-ghadd ta’ persuni li jinsabu rikoverati fl-Isptar Mater Dei niżel għal 11, fejn fosthom hemm żewġ pazjenti li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Intant sal-Erbgħa ngħataw madwar 124,000 doża tal-booster.
//= $special ?>