Futbol Sport

Draw bejn Lazio u Udinese f’partita mill-isbaħ

(Ritratt: EPA)

Tmien goals, tlett tkeċċijiet u għaxar minuti żejjda fuq id-90 minuta kienu l-ingredjenti f’partita pjacevoli mimlija tensjoni. Fis-17 il-minuta Udinese fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Mato Jajalo kien BETO li għeleb lil Pepe Reina. B’Lazio ma jwettqu reazzjoni fit-32 minuta Udinese rdoppjaw. Pass ta’ Isaac Success lejn BETO li għeleb lil Reina għat tieni darba. Żewġ minuti wara Lazio mill-ġdid fil-partita permezz ta’ CIRO IMMOBILE li għeleb lil Marco Silvestri għat 2 – 1 .
Reazzjoni minn Udinese li mill-ġdid kisbu vantaġġ doppju b’NAHUEL MOLINA jgħeleb lil Reina minn azzjoni ta’ Gerard Deulofeu 3 – 1 . Fil-51 minuta l-iskor sar 3 – 2 b’gowl minn PEDRO RODRIGUEZ. B’Lazio jieħdu l-inizjattiva ħames minuti wara kien SERGEJ MILINKOVIC SAVIC li mill-ġdid għeleb lil Silvestri ghat 3 – 3 . Minuta wara iżda Lazio bi plejer anqas wara li Patric tkeċċa għat tieni ammonizzjoni wara foul fuq Beto. Fid-69 minuta tkeċċa wkoll Nahuel Molina għal Udinese sabiex fid-79 minuta Lazio marru 4 – 3 fil-vantaġġ. Pass ta’ Toma Basic lejn FRANCESCO ACERBI li ma falliex.
Kien għad fadal. Fid-disa’ minuta tal-ħin mgħoti żejjed minn pass ta’ Fernando Forestieri kien TOLGAY ARSLAN li għeleb lil Reina 4 – 4 u minuta wara tkeċċa wkoll Wallace għal Udinese.

Reazzjoni minn Empoli wasslithom biex jiksbu draw meritat fejn bil-punt miksub telgħu fil-11 il-post b’20 punt daqs Verona filwaqt li Torino fit-tlettax il-post bi 18 il-punt. Wara biss għaxar minuti Torino marru fil-vantaġġ wara li TOMMASO POBEGA għeleb lil Guglielmo Vicario. Ħames minuti wara minn azzjoni ta’ Alessandro Buongiorno kien MARKO PJACA li mill-ġdid għeleb lil Vicario għal vantaġġ doppju. Fit-32 minuta tkeċċa Wilfried Singo għal Torino b’ Empoli japprofittaw u fl-34 minuita minn azzjoni ta’ Liam Henderson kien SIMONE ROMAGNOLI li għeleb lil Vanja Milinkovic Savic għat-2 – 1. Fit-72 minuta minn pass ta’ Sebastiano Luperto kien ANDREA LA MANTIA li mill-ġdid għeleb lil Milinkovic Savic għat 2 – 2.

SERIE A

Ilbieraħ: Bologna v Roma 1-0, Inter v Spezia 2-0, Genoa v Milan 0-3, Sassuolo v Napoli 2-2 Illum, Torino v Empoli 2-2, Lazio v Udinese 4-4