Coronavirus Internazzjonali

Il-Ġermanja tikkunsidra li tobbliga l-vaċċinazzjoni

Il-Ġermanja qed tikkunsidra li l-vaċċin kontra l-Covid-19 isir obbligatorju.

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li tinsab imdejqa immens u mħassba bil-qawwa tar-raba’ mewġa ta’ infezzjonijiet fil-pajjiż. Hi kienet qed tittama li l-istrateġija ta’ tilqim volontarju kienet se tkun aktar effettiva, madankollu l-poplu Ġermaniż jidher li ma weġibx bis-saħħa biżżejjed għal din is-sejħa.

Fl-aħħar sigħat fil-Ġermanja beda japplika lockdown fuq dawk kollha li mhux imlaqqma li issa huma esklużi milli jagħmlu xiri mhux essenzjali, u li jattendu għal attivitajiet kulturali u rikreazzjonali.

Issa l-pajjiż qed jikkunsidra li jinforza l-obbligu tal-vaċċinazzjoni minn Frar li ġej.